Għada il-Ħruġ tal-Vara ta’ Missierna San Duminku min-Niċċa ġewwa l-Birgu
Festa Birgu News Lura

Għada il-Ħruġ tal-Vara ta’ Missierna San Duminku min-Niċċa ġewwa l-Birgu


Il-Ħruġ tal-Vara ta’ Missierna San Duminku min-Niċċa tal-Vara fil-Birgu

Għada, il-Birgu jerġa’ jgħix mument ta’ devozzjoni u emozzjoni hekk kif ser issir iċ-ċerimonja tant mistennija tal-Ħruġ tal-Vara ta’ Missierna San Duminku min-Niċċa.

Fl-10:00 ta’ filgħodu tiġi ċelebrata quddiesa mmexxija mill-W.R. Pirjol P. Aaron Zahra OP. Fi tmiem il-quddiesa jingħata l-mandat lir-reffiegħa, biex wara kulħadd ikun jista’ jassisti għall-mument solenni tal-Ħruġ tal-Vara min-Niċċa.
Il-Pirjol P. Aaron Zahra OP jiftaħ in-niċċa tal-Vara ta' Missierna San Duminku - Awwissu 2025
Il-Pirjol P. Aaron Zahra OP jiftaħ in-niċċa tal-Vara ta' Missierna San Duminku - Awwissu 2025



Hekk kif tinfetaħ in-niċċa, jinkixef il-bankun u l-bradella, f’mument li kull sena jġib miegħu emozzjoni kbira fost il-Vittorjosani u d-devoti ta’ San Duminku. Wara, titkompla ċ-ċerimonja bil-Ħruġ tal-Vara fuq iz-zuntier, akkumpanjata mill-Banda Prince of Wales Own tal-Birgu.

Din is-sena dan il-mument għandu tifsira speċjali hekk kif jaħbat l-40 Anniversarju minn meta saret il-Vara ta’ San Duminku, xogħol l-artist Michael Camilleri Cauchi. Erbgħin sena ta’ storja, devozzjoni u mħabba lejn il-vara titulari li kompliet tgħaqqad ġenerazzjonijiet sħaħ ta’ devoti.

Ejjew ningħaqdu flimkien biex nagħtu merħba kbira lil Missierna San Duminku, u ngħixu flimkien dan il-mument sabiħ għal ġranet ta’ festa, tradizzjoni u devozzjoni fil-Birgu.

Viva San Duminku! 
Share:WhatsApp

Aħbarijiet oħra