Ara X’Qed Joffru d-Dumnikani waqt Birgu Fest 2026
Festa Birgu News Lura

Ara X’Qed Joffru d-Dumnikani waqt Birgu Fest 2026

Illum il-Ġimgħa 9 u għada s-Sibt 10 ta’ Ottubru, waqt Birgu Fest 2026, ejjew skopru l-wirt storiku, kulturali u reliġjuż tad-Dumnikani tal-Birgu!



Ara fejn tista’ żżur:

* Dar id-Dumnikani

* Is-Swali tal-Każin tal-Għaqda Filarmonika Prince of Wales Own

* Il-Kjostru tal-Kunvent tal-Patrijiet Dumnikani, fejn wieħed jista’ jżur ukoll il-Wirja Marjana fl-Oratorju tal-Madonna tar-Rużarju.

* Il-Knisja tal-Lunzjata u San Duminku, il-Birgu

🍽️ Żuru wkoll l-istands tal-ikel u x-xorb tal-għaqdiet Dumnikani, fejn issibu ikel bnin u lokali, filwaqt li tagħtu s-sostenn tagħkom lill-għaqdiet tagħna.

Nistennewkom fil-Birgu għal jumejn ta’ storja, kultura, tradizzjoni u atmosfera mill-isbaħ!

Birgu Fest 2026 – Il-Ġimgħa 9 u s-Sibt 10 ta’ Ottubru.

Share:WhatsApp

Aħbarijiet oħra