LuraIl-lejla ser tiġi Inawgurata pittura ġdida tal-Arċisqof Pawlu Cremona OP fil-Knisja tal-Lunzjata u San Duminku fil-Birgu
Illejla, fil-Knisja tal-Lunzjata u San Duminku fil-Birgu, se tiġi inawgurata u mbierka pittura ġdida tal-Arċisqof Pawlu Cremona OP, xogħol l-artist Għawdxi Manuel Farrugia.
L-inawgurazzjoni se ssir wara l-Quddiesa għall-Għaqdiet Dumnikani, li tibda fis-6:15pm u li se tkun immexxija mill-W.R. Provinċjal tal-Ordni Dumnikan, Patri Vince Micallef OP. Għal din l-okkażjoni qed jiġu mistiedna jattendu l-membri kollha tal-Għaqdiet Dumnikani.
Il-pittura, li se tkun imwaħħla fis-sagristija tal-istess knisja, biex tibqa' tfakkana fil-figura ta’ Mons. Pawl Cremona OP u r-rabta tiegħu mal-Ordni tal-Predikaturi. Qabel ma nħatar Arċisqof ta’ Malta, Pawl Cremona kien Patri Dumnikan u serva f’diversi uffiċċji fi ħdan il-Provinċja Dumnikana.
L-Arċisqof Pawlu Cremona OP, li kellu rwoli importanti kemm fi ħdan l-Ordni Dumnikan kif ukoll fil-ħajja tal-Knisja f’Malta, jibqa’ marbut b’mod speċjali mal-komunità Dumnikana.
Wara l-Quddiesa se ssir iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni u t-tberik tal-pittura, li b’hekk se ssir parti mill-wirt artistiku u reliġjuż tal-Knisja tal-Lunzjata u San Duminku fil-Birgu.
L-okkażjoni se tkun waħda ta’ sinifikat għall-komunità Dumnikana u għall-Birgu, filwaqt li tagħti ġieħ lil figura li ħadmet għal snin sħaħ fi ħdan l-Ordni Dumnikan u li mbagħad serviet lill-Knisja ta’ Malta bħala Arċisqof.
Share:WhatsApp



