Illum, il-partitarji Dumnikani Vittorjosani jagħtu bidu għall-Festa ta’ Missierna San Duminku
ġewwa l-Birgu b’avveniment li se jibqa’ mniżżel fl-istorja tal-komunità Dumnikana Vittorjosana.

Illejla se jkun qed jiġi inawgurat uffiċjalment il-proġett ta' Dar id-Dumnikani, propjetà tal-Kumitat Festi Esterni, li permezz tagħha l-partitarji Dumnikani Vittorjosani se jkunu qed jiktbu parti oħra mill-istorja tagħhom u jkomplu jsaħħu l-ħidma u l-għaqda li tant huma marbuta mal-Festa ta’ San Duminku fil-Birgu.
Iċ-ċerimonja tal-ftuħ tibda fit-8:15pm. Il-ftuħ uffiċċjali ser issir mill-W.R. Pirjol P. Aaron Zahra OP, li huwa wkoll il-President tal-Kumitat Festi Esterni, flimkien mas-Sindku tal-Birgu, is-Sur John Boxall.
Dan il-ftuħ jimmarka mument importanti għall-partitarji Dumnikani Vittorjosani, li llum mhux biss jagħtu bidu għall-ġranet ta’ festa ad unur Missierna San Duminku, iżda wkoll jiċċelebraw kisba oħra li se tibqa’ tifforma parti mill-istorja tagħhom.
Il-Festa t-tajba u awguri lill-partitarji Dumnikani Vittorjosani kollha għal din l-okkażjoni sabiħa! Viva Missierna San Duminku!




